top of page
The pro-choice movement
.
_

Prof Isabel Stabile
Jiena nemmen bi sħiħ li n-nuqqas tal-aċċess għall-abort f'Malta jfisser li l-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin jonqsu liċ-ċittadin. Dan għaliex ma jirrikonoxxux u ma jsegwux l-aqwa evidenza, rikommandazzjonijiet u gwida internazzjonali.

Dr Natalie Psaila
In-nisa huma intitolati għal kontroll assolut fuq ħajjithom, inkluż dwar meta jkunu tqal. Għandhom bżonn aċċess faċli u bla ebda ġudizzju għall-kontraċezzjoni u servizzi tal-abort.

Dr Gilbert Gravino
Malta tibqa' l-eċċezzjoni fl-Unjoni Ewropea u skandlu fis-settur tas-saħħa riproduttiva għal l-abort huwa llegali f'kull ċirkostanza. Dan mhux aċċettabbli f'sistema tas-saħħa li fil-bqija hija waħda reputabbli. Jeħtieġ li dan jinbidel. Se jinbidel.

Dr Lara Dimitrijevic
Nitkellmu fuq ugwaljanza u ġustizzja soċjali, iżda n-nisa f'Malta għadhom jiġi ddiskriminati, iġġudikati fuq l-għażliet riproduttivi tagħhom, u anke kkriminalizzati jekk jagħmlu l-abort f'pajjiżna. Nistgħu nitkellmu fuq drittijiet ugwali biss meta l-mara jkollha kontroll fuq ħajjitha mingħir kundanna u riservi. Kull mara taf x'inhu l-aħjar għal ħajjitha.

Dr Andrea Dibben
Jiena favur l-għażla għax il-projbizzjoni tal-abort hija ineffettiva u krudili. Fil-fatt ma tipprevjenix l-abort milli jsir iżda toħloq sitwazzjoni perikoluża għan-nisa, b'mod partikolari dwar dawk l-iżjed vulnerabbli.

Rimaz Bitrou
Favur l-għażla ma tfissirx favur l-abort. Tfisser sempliċiment li n-nisa għandhom jingħataw id-dritt li jagħżlu huma jekk jagħmlux l-abort jew le. Favur l-għażla tfisser ukoll li dawk li personalment qatt ma jikkunsidraw l-abort xorta jagħtu appoġġ lil kull mara li taħsibha differenti jew tagħmel deċiżjonijiet differenti minn tagħhom. Aħna n-nisa jistħoqqilna li niġu fdati u ningħataw id-dritt li nagħżlu aħna.

Dr Saveria Cremona
Jien irrid naħdem f'pajjiż fejn m'għandix għalfejn nibża' ngħin lill-pazjenti. Pajjiż fejn m'għandix dħalfejn nirrifjuta li nagħtihom kontroll fuq ħajjithom u l-futur tagħhom minħabba liġi antikwata u opinjoni ta' ħaddiehor.

Dr Rebecca Zammit
L-aċċess għall-abort huwa dritt uman għax kull persuna li ma tixtieqx tqala għandu jkollha awtonomija daqs kull persuna oħra. L-irwol tagħna bħala tobba huwa li nipprovdu informazzjoni imparzjali u nuru empatija - Il-persuna li qegħda ġġorr it-tqala biss tista' tiddeċiedi x'inhu l-aħjar għaliha.

Nevena Aleksic
Favur l-għażla jfisser li nirrispettaw id-dritt ta' kull persuna biex tiddeċiedi hi jekk iżżommx it-tqala, mingħajr ma nimponu opinjonijiet personali fuq ħaddieħor.

Raisa Galea
Il-projbizzjoni tal-abort f'Malta hija xhieda ta' moralita' nazzjonali hekk meqjusa superjuri. L-istigma tal-abort trendi ċittadini nisa bħali "personi non grate" li jkollhom isofru fis-silenzju. L-oppressjoni istituzzjonali fuq in-nisa trid tieqaf.

Matthew Chircop
Jiena persuna transgender u l-komunita' tiegħi wkoll għandha bżonn drittijiet riproduttivi bħall-abort.

Jelena Bezzina
Il-projbizzjoni assoluta tal-
abort f'Malta mhix 'pro-life', iżda hija mezz ta' kontroll. Awtonomija fuq il-ġisem tfisser li kull persuna tiddeċiedi għaliha nnifisha x'isir b'gisimha. Huwa għalhekk li ħadd ma jista' jisforza lil ħaddieħor biex jagħti d-demm jew jagħti organu kontra r-rieda tiegħu - anke jekk dan isalva ħajja. Qatt mingħajr kunsens. Dan huwa rispettat f'kull ċirkostanza, ħlief f'każ ta' persuna li ġġor tqala.

Maria Pisani
Mara mhix oġġett jew
konvenjenza. Hija persuna indipendenti u awtonoma, possibilment omm, maħbuba, oħt, bint, jew ħabiba. Dak li għandha bżonn u jistħoqqilha huwa sapport legali, mediku, materjali u emozzjonali sabiex tkun tista' dejjem tagħmel l-aħjar deċiżjoni għaliha u l-familja tagħha. L-aħjar li nistgħu nagħmlu hu li nipprovdu dan is-sapport.

Dr Jamie Grech
Il-konverzazzjoni dwar l-abort
qegħda tinbidel, u s-sentiment tan-nies ukoll. Kun attiv u semma leħnek. Iddefendi d-drittijiet tan-nisa u bniet f'Malta.
qegħda tinbidel, u s-sentiment tan-nies ukoll. Kun attiv u semma leħnek. Iddefendi d-drittijiet tan-nisa u bniet f'Malta.

Gisella Orsini
Jiena pro-choice għax nafda
lin-nisa. Jiena pro-choice għax ħadd m'għandu jiġi sfurzat iġorr
tqala li ma jixtieqx. Jiena pro-choice għax il-projbizzjoni tal-abort ma tnaqqasx in-numru ta'
abort li jsir, iżda twassal biex in-nisa jirrikorru għal proċeduri perikolużi.

Francesca Zammit
Ejjew nagħtu sapport lin-nisa biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati, minflok nimponu twemmin u ħsibijiet li huma ta' ħsara għal saħħithom u għal ħajjithom - fiżikament, psikoloġikament, u ekonomikament.

Francesca Fenech Conti
Jien ukoll kont kontra l-abort - qabel indunajt li l-privileġġi tiegħi kienu qegħdin jagħmuni, ir-reliġjon tiegħi kienet qegħda
tikkontrollani, l-egoiżmu tiegħi kien qiegħed jiżgwidani, u l-injoranza tiegħi kienet qegħda tinfurmani ħażin.
tikkontrollani, l-egoiżmu tiegħi kien qiegħed jiżgwidani, u l-injoranza tiegħi kienet qegħda tinfurmani ħażin.

Emily Galea
Il-kriminalizzazzjoni totali tal-abort tfisser li n-nisa f'Malta jkomplu jirrikkoru għal metodi li jipperikolaw serjament is-saħħa fiżika u mentali tagħhom. L-abort kien, għadu, u jibqa' jsir. Tezisti biss projbizzjoni fuq mezzi li jiżguraw aċċess u
metodi sikuri.
metodi sikuri.

Cristina Sollami
Il-projbizzjoni tal-abort iġġiegħel lil dawk f'sitwazzjonijiet diffiċli biex jirrikorru għal mezzi perikolużi. Għandu jkun hemm għajnuna disponibbli għal min ifittex l-abort biex naċċertaw li dan isir f'ambjent sikur.

Dr Elena Saliba
Jiena nemmen li kull mara għandha jkollha aċċess għall-abort sikur, irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja jew soċjali tagħha. L-ebda parti mill-kura tas-saħħa m'għandha tkun disponibbli biss għal dawk privileġġjati.

Diane Dimech
Li tkun favur l-abort mhux dejjem ifisser li tikkunsidra abort għalik innifsek, imma li taqbel li kull individwu b’utru għandu l-possibilità li jagħżel li jagħmel abort b'mod sikur.

Claire Azzopardi Lane
Jiena favur l-għażla għax
mara. Jiena favur l-għażla għax in-nisa jsibu ruħhom f'pożizzjonijiet ta' vulnerabbilta'. Jiena favur l għażla għax nemmen li n-nisa ma jieħdux deċiżjonijiet bħal dawn daqs li kieku xejn m'hu xejn.
mara. Jiena favur l-għażla għax in-nisa jsibu ruħhom f'pożizzjonijiet ta' vulnerabbilta'. Jiena favur l għażla għax nemmen li n-nisa ma jieħdux deċiżjonijiet bħal dawn daqs li kieku xejn m'hu xejn.

Christine Cassar
Mara li tiddeċiedi ttemm it- tqala għandha ssib sapport mill-aspett ta' saħħa billi jkun hawn aċċess għall-abort mingħajr perikli, għandha ssib sapport legali billi ma tintbagħtx il-ħabs, u fuq kollox għandha ssib sapport mis-soċjetà billi nneħħu l-istigma minn fuq is-suġġett u noffru mħabba u rispett lil dawn il-familjari u ħbieb tagħna.

Cristian Colombo
Naħseb ilkoll naqblu li l-abort qatt m'hu mixtieq fih innifsu. Iżda, nemmen li għandu jkun aċċessibli biex jiprevjeni alternattivi li jistgħu jkunu agħar.

Dr Chris Barbara
Kultant jista' jinħass li l-attiviżmu mhux apprezzat, però jien naħseb f'dawk kollha li qegħdin isofru minħabba nuqqas ta' aċċess għal servizzi tas-saħħa riproduttiva. Ma nistgħux nonqsu lil dawn in-nies.
bottom of page