Drittijiet Riproduttivi
X'inhuma d-drittijiet riproduttivi?
​
Id-drittijiet riproduttivi huma kategorija ta’ drittijiet umani li jirrikonoxxu d-dritt bażiku tan-nies li jiddeÄ‹iedu b’mod liberu u awtonomu dwar kemm u meta jkollhom it-tfal, li jkollhom aÄ‹Ä‹ess għal informazzjoni dwar il-kontroll riproduttiv, u li jkollhom aÄ‹Ä‹ess għas-servizzi li jippermettu biex jeżerÄ‹itaw id-drittijiet riproduttivi tagħhom.
​​
Drittijiet riproduttivi jfissru li n-nies huma intitolati għal:
-
Informazzjoni preċiża dwar is-saħħa riproduttiva, kontraċezzjoni, u servizzi tal-kura tas-saħħa biex tikkontrolla r-riproduzzjoni tagħhom.
-
AÄ‹Ä‹ess għal servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inklużi kontraÄ‹ezzjoni, abort, u trattamenti tal-fertilità bħall-IVF.
-
Ikunu kapaċi jagħżlu jekk, meta, u ma' min jiffurmaw relazzjonijiet u jiżżewġu.
​
​
Għaliex id-drittijiet riproduttivi huma importanti?
​
Mingħajr drittijiet u servizzi riproduttivi adegwati, in-nies u speċjalment in-nisa jinsabu f'riskju li jitilfu l-kontroll fuq ġisimhom, ħajjithom, u l-futur tagħhom. Li ġġiegħel lin-nies jiżżewġu kontra r-rieda tagħhom, li ġġiegħelhom jiġu sterilizzati, li titfagħhom fi sterjotipi li huma barra l-orjentazzjonijiet sesswali naturali u l-identitajiet tal-ġeneru tagħhom, li ċċaħħadhom minn informazzjoni dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva, u li ċċaħħadhom minn aċċess għall-kontraċezzjoni u l-abort, huma kollha ksur tad-drittijiet riproduttivi. Ma jimpurtax min int u fejn int, għandu jkollok id-dritt li tiddetermina x'jiġri minn ġismek stess, u għandu jkollok id-dritt li tikkontrolla r-riproduzzjoni tiegħek.
​
Kull meta jinkisru d-drittijiet riproduttivi, il-kontroll jittieħed mill-individwu, ġeneralment mara, u jitqiegħed f'idejn nies oħra, il-gvernijiet, jew gruppi reliġjużi. Dawn il-vjolazzjonijiet tad-drittijiet riproduttivi huma spiss ġustifikati fuq il-bażi ta' kultura, tradizzjoni, jew reliġjon.
​
​
X'inhi s-sitwazzjoni dwar id-drittijiet riproduttivi f'Malta?
​
Fis-snin riċenti, Malta għamlet progress sinifikanti fid-drittijiet riproduttivi, iżda għad fadal numru ta' ostakli. Hawn huma xi drittijiet ewlenin miksuba fl-aħħar għaxar snin:
​
-
Id-divorzju sar legali permezz ta’ referendum pubbliku fl-2011.
-
L-Att dwar l-Identità tal-Ä eneru, l-Espressjoni tal-Ä eneru u l-KaratteristiÄ‹i tas-Sess sar liÄ¡i fl-2015.
-
Kontraċezzjoni ta' emerġenza (il-morning after pill) saret disponibbli f'Malta fl-2016.
-
L-ugwaljanza fiż-żwieġ saret liġi fl-2017.
-
Is-servizzi tal-IVF ġew estiżi fl-2018.
​
Minkejja dawn l-avvanzi għad hemm numru ta’ nuqqasijiet gravi fil-liÄ¡ijiet Maltin li jiksru d-drittijiet riproduttivi tan-nies f’Malta. Dawn jinkludu:
-
Il-projbizzjoni assoluta fuq l-abort, anke f'każijiet ta' anomalija tal-fetu, stupru, inċest, jew f'każijiet fejn il-ħajja tal-persuna tqila tkun f'riskju.
-
Il-kriminalizzazzjoni tal-abort għal nisa li jagħmlu abort fuqhom infushom.
-
Servizzi ta’ dijanjosi qabel it-twelid defiÄ‹jenti minħabba l-projbizzjoni assoluta fuq l-abort.
-
Nuqqas ta' preimplantation genetic diagnosis (PGD) minħabba l-liġi tal-IVF li ma tippermettix ir-rimi ta' embrijuni.
-
Nuqqas ta' disponibbiltà u aÄ‹Ä‹ess għal kontraÄ‹ezzjoni ta' emerÄ¡enza minħabba oÄ¡Ä¡ezzjoni tal-kuxjenza minn xi spiżjara.
-
Nuqqas ta' sussidji tal-gvern fuq kontraċezzjoni regolari.
​
​
Xi rridu niksbu?
​
Irridu li n-nies f’Malta jirÄ‹ievu l-ogħla standards ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa riproduttiva. Biex niksbu dan, għandna bżonn:
​
-
Tibdil fil-KodiÄ‹i Kriminali ta' Malta biex jiddekriminalizza l-abort, u biex l-abort jiÄ¡i rregolat bħala kwistjoni ta’ saħħa.
-
Bidliet fil-liġi tal-IVF (attwalment imsejħa l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni) biex jippermettu li jintużaw l-aħjar teknoloġiji inkluż il-preimplantation genetic diagnosis (PGD), biex tiżdied ir-rata ta' suċċess tal-IVF u biex ir-riproduzzjoni ssir aktar sikura għal koppji b' mard ġenetiku.
-
Bidliet fil-policy tas-saħħa sesswali biex jitneħħew l-ostakli għall-kontraċezzjoni, inkluż kontraċezzjoni ta' emerġenza.
-
Impenn ċar mill-gvern biex iżid l-użu tal-kontraċettivi f'Malta, u jnaqqas ir-rata tat-twelid fost iż-żgħażagħ.
-
Gwidi ċari dwar oġġezzjoni tal-kuxjenza biex jiġi żgurat aċċess f'waqtu għal servizzi u mediċini.
-
Kurrikuli ċari li għandhom jiġu segwiti fl-iskejjel kollha f'Malta u Għawdex dwar edukazzjoni sesswali bbażata fuq l-evidenza.
-
It-tmiem tal-kultura li wieħed jistenna li n-nies jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom għal trattamenti kontroversjali.